Ħamis ix-Xirka

2 attivitajiet!

Sehem fil-Quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka

Kif tafu waqt il-quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka, il-kappillan jistieden lill-membri ta’ Dar il-Wens għall-ħasil tar-riġlejn. Dis-sena ħsibna li f’dak il-mument, b’mod simboliku nitilgħu ngħinu lill-kappillan waqt il-ħasil tar-riġlejn. Tinkwetawx: mhux ser naħslu saqajn… kemm inżommu x-xugamani! Narawkhom fis-5:50 pm.

7 Visti r-Rabat

Kif għamilna s-sena l-oħra, ser nerġgħu nagħmlu l-Visti, dis-sena però ħsibna li nitilgħu r-Rabat (inqas mixi!) Nitilqu dritt wara l-quddiesa. Imbagħad nieklu xi ħaġa minn hemmhekk.

Bħala trasport, imbagħad inġibu Bolt l-hemm u l-hawn. Ovjament diffiċli noħorġu prezz minħabba li żgur ser ivarja dakinhar, għalhekk imbagħad ngħidilkom kemm ġie t-trasport u naqsmuh. Nimmiraw li naslu lura għal xil-11pm.

Kunsens

Leave a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.